Il-Malta Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss. Il-kampjonati jsiru kull sena f’April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta’ 4 bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa. Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir-rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna. L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f’dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta’ diversi medalji fil-passat. Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta’ 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f’dawn il-kampjonati. It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil-quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b’rebħ ta’ 39 medalji tad-deheb f’għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna. L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija.
MTBA Portal: www.bowlingmalta.org Medal Standing: http://mbc-bowling.com/standings.htm www.bowlingmalta.org All Time medal tally over 20 editions of the Mediterranean Bowling Championships: Source: http://mbc-bowling.com/standings.htm
| Federation | Gold | Silver | Bronze |
| Malta | 39 | 25 | 33 |
| Greece | 37 | 29 | 31 |
| France | 22 | 15 | 14 |
| Italy | 19 | 31 | 35 |
| Israel | 14 | 14 | 23 |
| Spain | 11 | 19 | 13 |
| Turkey | 8 | 12 | 11 |
| Cyprus | 7 | 8 | 11 |
| Slovenia | 6 | 8 | 9 |
| Catalonia | 4 | 7 | 6 |
| Croatia | 1 | 0 | 2 |
| San Marino | 0 | 1 | 1 |
| Gibraltar | 0 | 0 | 1 |
| Tunisia | 0 | 0 | 0 |
| Morocco | 0 | 0 | 0 |
Paul Baldacchino President Malta Tenpin Bowling Association (MTBA)