media release…………………
_______________________________________________________ Il-President u Diretturi tal-Kumitat Olimpiku Malti jibgħatu l-awguri għal fejqan ta’ malajr lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Innovazzjoni, Riċerka, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li f’dawn il-ġranet kien rikoverat l-Isptar in segwitu għal aċċident tat-traffiku li seħħ f‘Bormla. Mal-Kumitat Olimpiku Malti jingħaqdu wkoll l-assocjazzjonijiet u federazzjonijiet affiljati fejn kulħadd jittama li s-Segretarju Parlamentari Agius ikun lura fil-programm ta’ ħidmietu kemm jista’ jkun malajr. Joseph Cassar Segretarju Generali Kumitat Olimpiku Malti 30.03.2017
