Electrofix Hibernians u Caffe Moak Luxol se jilgħabu kontra xulxin fis-serje finali fuq l-aħjar minn 7 partiti għat-titlu MSV Life Kampjonat Femminili 2016, l-44 kampjonat fl-istorja tal-basketball tan-nisa f’pajjizna. Fit-triq lejn is-serje finali, Electrofix Hibernians, li spiċċaw fl-ewwel post wara l-istaġun regolari, għelbu lil Gzira Athleta fis-semifinali. Minn naħa l-oħra, ic-champions renjanti fl-aħħar sentejn Caffe Moak Luxol xejnu l-isfida ta’ PAVI Depiro wkoll fis-semifinali. Il-kowċis taz-zewġ finalisti, Alex Farrugia (Hibs) u Charles Bonnici (Luxol), akkumpanjati mill-players rispettivi Nadia Mifsud u Steffi De Martino tkellmu mal-midja qabel il-ftuħ ta’ din is-serje finali nhar il-Ħadd li ġej. Il-president tal-Malta Basketball Association Paul Sultana u John Buttigieg, Executive Brand Manager tal-isponsors tal-kampjonat MSV Life ndirizzaw ukoll lill-midja. Kemm Farrugia kif ukoll Bonnici qalu li jisperaw li jkollhom l-iswadra kollha għad-dispozizzjoni u qed jistennew li din is-serje finali tkun waħda bilanċjata hekk kif iz-zewġ finalisti wrew li huma l-aħjar skwadri fil-kampjonat dan l-istaġun. Il-captain ta’ Hibs, Mifsud, stqarret li qed jimmiraw li jerġgħu jieħdu t-tazza Raħal Ġdid wara nuqqas ta’ sitt snin. Fil-fatt, Hibs, li b’14-il kampjonat mirbuħ huma l-aktar team ta’ suċċess fil-basketball femminili, l-aħħar rebħu l-kampjonat fl-2010eta dakinhar kienu għelbu lill-istess Luxol 2-1 fis-serje finali. Il-forward ta’ Luxol De Martino, minn naħa tagħha, qalet li Luxol se jippruvaw jagħmluhom tliet kampjonati mirbuħa konsekuttivi u b’hekk jitilgġu għal 12-il kampjonat fl-istorja. “Bħala MSV Life, aħna kuntenti li erġajna qed inkunu assoċjati mal-basketball. Nafu li l-logħba għandha bosta segwaċi f’Malta u l-isponsorship ta’ MSV Life jaqa’ fil-linja tal-isforz tal-kumpanija li tassisti lill-komunita” qal John Buttiġieġ f’isem MSV Life li din is-sena huma l-isponsors tal-kampjonat tan-nisa. “Kull logħba dan l-istaġun bejn Hibs u Luxol kienet waħda nteressanti u qed inħarsu b’ħerqa lejn serje finali ferm attrajenti” qal Paul Sultana. Il-president tal-MBA ħabbar ukoll li mill-istaġun li ġej se jerġa jkun possibli li jilgħabu players barranin fil-kampjonat femminili minbarra l-isntroduzzjoni ta’ kriterja ġdida biex barranin mhux professjonali jkunu jistgħu wkoll jilgħabu kemm fil-logħob maskili u anke femminili mill-istaġun 2016/2017. L-istess bħal ma’ seħħ għall-ewwel darba sena ilu, se jerġa jkun hemm l-unur tal-MVP għas-serje finali biex tippremja dik il-plejer li l-aktar tispikka f’dawn il-finali. Is-serje finali tal-MSV Life Women Basketball Best-of-7 Playoff Finals Game 1 – Il-Ħadd 17 ta’ April 2016 – 2.45pm Game 2 – L-Erbgħa 20 ta’ April 2016 – 7.00pm Game 3 – Il-Ħadd 24 ta’ April 2016 – 2.45pm Game 4 – L-Erbgħa 27 ta’April 2016 – 7.00pm Game 5 – Il-Ħadd 1 ta’ Mejju 2016 – 2.45pm Game 6 – Il-Ħadd 8 ta’ Mejju – 2.45pm Game 7 – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju – 4.30pm
Stay Tuned!
Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit, sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et dolore magna aliqua.
The Maltese Olympic Committee aims to develop new opportunities for their athletes. Together, with the support of our partners locally and globally, new possibilities are reached.
Our International Partners
Our Local Partners
Our Local Sponsors
Our Local Suppliers